Serrah mohhok – L-ahhar cans biex tiddikjara l-assi barranin tieghek

Serrah mohhok – L-ahhar cans biex tiddikjara l-assi barranin tieghek   Fl-ewwel ta’ Lulju li gej tigi fis-sehh id-direttiva fejn istituzzjonijiet finanzjarji go Stat Membru ta’ L-Unjoni Ewropea li jaghmlu hlasijiet ta’ dhul minn investimenti u kontijiet bankarji lil individwi residenti fi Stat Membru iehor, ghandhom jaghtu informazzjoni dwar dan il-hlas lill-awtorita` kompetenti tat-taxxa tal-Istat Membru taghha. Din l-awtorita`, mill banda l-ohra, ghandha l-obbligu li taghddi din l-informazzjoni lill-awtorita` tat-taxxa ta’ l-Istat Membru tal-persuna li tircievi id-dhul mill-investiment barrani.   Il-gurisdizzjonijiet ta’ Jersey, Guernsey u l-Isle of Man qablu li ser jaghtu l-ghazla lill-investitur jew li jehel taxxa mizmuma minn ras il-ghajn jew li ismu jigi moghti lill-awtoritajiet koncernati.   L-Isvizzera li ghalkemm mhiex fl-EU, ghazlet li timponi taxxa mizmuma minn ras il-ghajn.   Ta’ min isemmi li f’dawn il-pajjizi it-taxxa li ser tigi mnaqqasa ser tkun ta’ 15% imbaghad titla’ ghal 20% fl’ 2007 u ghal 35% mis-sena 2011.   L’Awstrija, il-Belgju u l-Lussimburgu, inghatatilhom l-ghazla li jimponu taxxa minn ras il-ghajn fuq dhul minn investimenti u kontijiet bankarji tar-residenti fi hdan l-EU ghal perjodu transitorju li jista’ jiskadi fl-2011.   L-investitur ghandu wkoll jistaqsi lill-konsulent finanzjarju tieghu dwar il-‘paying agent’ tal-investiment ghaliex jekk il-‘paying agent’ ma jkunx fil-giurisdizzjonijiet li jista’ jimponi taxxa mizmuma minn ras il-ghajn, allura l-informazzjoni tinghata lill-awtoritajiet koncernati.   Fl-isfond ta’ dan il Gvern Malti hass il-htiega li jaghti l-ahhar cans biex minn kellu flusu investiti barra minn Malta qabel 31 ta’ Marzu 2005, u li ma kienux dikjarati jew li nhargu minghajr il-permess tal-Bank Centrali jista’ jirregolarizza l-posizzjoni tieghu billi jhallas 5% fuq il-valur kurrenti ta’ l-assi li qed jigu rregistrati.   Din il-koncessjoni hija ghal zmien limitat, ezattament minn issa sas-sittax ta’ Gunju 2005.   Vantaggi   Hekk kif persuna tirregistra dawk l-assi li jaqghu taht din l-iskema tigi ezentata minn kull azzjoni li setghat giet imposta fuqha in kwantu ta’ dawn l-assi li gew irregistrati. Mar-registrazzjoni ta’ dawn l-investimenti, kull taxxa li setghat giet imposta fil-passat tinhafer u dik il-persuna li ghanda f-isimha dawn l-assi hija konsidrata li qatt ma kisret l-ebda ligi.   Ir-registrazzjoni hija kollha kemm hi marbuta bis-sigriet professjonali ghax kemm l-agenti appuntati kif ukoll il-Bank Centrali huma marbuta bil-ligi tas-segretezza li ma jistghux jaghtu xi informazzjoni li jkunu gabru waqt dan il-process. Biex tigi zgurata din il-kunfidenzjalita` ittiehdu mizuri apposta fi hdan l-istess ufficju li huwa nkarigat minn dan l-operat.   Kemm id-dipartiment tat-taxxi lokali jew xi entita` ohra ma ghandhom l-ebda access ghall-informazzjoni li l-agenti u l-Bank Centrali jkunu gabru mic-certifikati tar-registrazzjoni. L-unika mezz li dan ic-certifikat jista jigi uzat huwa biss minn sidu stess; jekk dan ikun irid jipprova lill-awtoritajiet li huwa kien irregolarizza l-posizzjoni tieghu. Biex naghtu ezempju, dan jista jigri jekk id-dipartiment tat-taxxi jkun irceva xi informazzjoni fuq xi individwu, minhabba id-direttivi mill-EU jew arrangamenti bilaterali ohra li jkunu saru mill-awtoritajiet tat-taxxa ta’ pajjizi ohra, u allura din il-persuna jkollha dan ic-cerifikat ghad-disposizzjoni taghha biex tipprova li l-posizzjoni taghha hija kompletament regolari.    Fid-dawl ta’ dan kollu nistghu nikkonkludu li nvestitur ma’ ghandux jitlef din l-opportunita. It-taxxa fuq il-qliegh minn investimenti u tfaddil li wiehed jista’ jkollu trid tigi mhallsa dejjem; jekk mhux f’pajjizna, t-taxxa tigi mnaqqsa minn ras il-ghajn fil-pajjiz ta’ fejn ikun sar l-investiment. Nistghu nghidu wkoll li meta wiehed jirregistra dawn l-assi jkollu aktar access ghal flusu ghax ma jkollux aktar bizghat meta irid ihaddem l-istess flusu. Billi tirregistra l-assi ma’ hemmx ghalfejn iggib lura flusek izda tista’ thalli kollox kif inhu. It-taxxa dovuta tkun ta’ 15%. L-investitur ghandu jiehu l-parir tal-konsulent finanzjarju tieghu dwar l-ahjar investimenti li it-taxxa fuqhom tkun ta’ 15% wara li  l-investitur jirregistra l-assi tieghu. Ma nistghux ma nsemmux ukoll kemm hu ta’ serhan ir-ras ghal min jakwista minn wirt assi li gew rregistrati. Iz-zmien qieghed jaghfas u l-eghluq ta’ din l-iskema huwa is-sittax ta Gunju 2005.   Din ic-cirkolari hija wahda generali u ma ghandiex titqies bhala parir dwar din l-iskema ghalhekk inheggu li taghmel appuntament maghna billi ccemplilna fuq ‘freephone’ 8007 2206 jew zur l-ufficju taghna 67/3 Triq Nofs in-Nhar il-Belt Valletta.   Jesmond Mizzi Financial Services Limited hija licenzjata mill-Awtorita` Maltija ghas-Servizzi Finanzjarji