Il-Prim Ministru jinawgura l-uffiċini ta’ Jesmond Mizzi Financial Advisors

Il-Prim Ministru Dr. Joseph Muscat inawgura l-uffiċini l-ġodda ta’ Jesmond Mizzi Financial Advisors fil-Hamrun. Fil-prezenza tal-kap ta’ l-oppozizzjoni Dr. Simon Busuttil, il-Ministru tal-Finanzi il-Professur Edward Scicluna, s-Segretarju Parlamentari Dr. Jose Herrera u diversi membrital-Parlament, il-Prim Ministru tkellem dwar liz-zvillup fis-settur Finanzjarju.

Id-Direttur  manigerjali tal- kumpanija Jesmond Mizzi elenka l-izvilupp tal- kumpanija u kif espandit matul is-snin. Il-kumpanija li hija frott ta’ amalgamazjoni li seħħħames snin ilu bejn Jesmond Mizzi Financial Services u Atlas Investment Services Limited. Atlas Investments twaqqfet fl-1996 mentri Jesmond Mizzi Financial Services twaqqfet fl-2002.

Illum, il-kumpanija Jesmond Mizzi Financial Advisors Limited timpjega 21 persuna u topera minn 5 postijiet madwar Malta.

Jesmond Mizzi qal li l-kumpanijatipprovdipariri personali u tistinka biex tkun ta’ servizz għall-investitur Malti permezz tar-riċerka indipendenti u kultura ta’ open architecture. Il-kumpanija taħdem ħafna sabiex teduka lill-pubbliku Malti u tinvesti f’dan għaliex temmen li l-investituri kollha għandhom ikunu konxji dwar dak kollu li għandu x’jaqsam mal-investimenti.

Din is-senail-kumpanijagħandha l-ħsieb li tniedi prodotti ta’ investiment li jkunu mħaddma internament kemm għal investituri lokali kif ukoll għal investituri barranin.Is-sur Mizzi qal li l-kumpanija bi ħsiebhaukoll tipprovdiservizzi ta’ investiment ġodda lill-klijenti tagħha u lill-pubbliku li qed ifittxu iżjed servizzi diskrezzjonarji mingħand il-konsulenti tal-investiment.

Il- kumpanija qegħda  tħares ‘l quddiem ukoll biex timpjega iżjed niesbiex tkomplibil-proċess ta’ tkabbir tagħha.

Is-sur Mizzi sostna li forsi wasal iż-żmien li l-Gvern jagħti prijorità lill-pensjonanti f’ħarġiet ta’ stocks futuri sabiex ma jkollhomx ifittxu l-qligħ a skapitu li jżidu r-riskju. Dan partikolarment wara d-domanda qawwija li kien hemm fl’aħħar ħarga ta l-istokks tal- Gvern.

Il-Prim Ministru stqarr li din hija ideja tajba u li l-Gvern kien ser jikkonsidraha izda qabel irid jara il-qafas regolatorju u legali.